Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, Louis Grech, qal li qatt u qatt ma kien hemm skrutinju fuq il-Gvern daqs kemm hemm illum.
Meta intoduċa t-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, Grech qal li Gvern Nazjonalista kellu defiċit kbir fit-trasparenza u kontabbilità ta’ standards. Il-pupbliku jistaqsi għax f’25 sena, l-Oppożizzjoni ma wettqu xejn minn dak li qed jipprietka illum.
Tenna li l-Gvern għandu dritt leġittmu jikkritika il-kważi ineżistenza ta’ governanza vera fl-amministrazzjoni ta’ qabel.
B’dan l-Att, il-gvern qed jiżra’ ż-żerriegħa ta’ politika b’differenza.
Il-Gvern Laburista huwa kommess li jaġixxi biex il-politiċi jkunu regolati bi standards ta’ etika għolja u rid jibni fiduċja ġdida fil-politika tal-pajjiż.
Huwa qal li standards professjonali u etiċi għolja huma pre-rekewiżiti importanti biex jissaħħu l-fiduċja fl-integrità u mġieba xierqa li l-pubbliku qed jistenna mill-membri li eleġġa fil-Parlament. Ir-rispett, il-fiduċja u l-kredibilità wieħed irid jaħdem għalihom għax dawn ma jinxtrawx. Il-gvern jaf li l-fiduċja tan-nies ma tistax tittieħed bħala xi ħaġa fatta.