Sant Iermu nbidel f’ċentru għall-midja, ċentru li ntgħoġob sew mis-650 ġurnalist li jinsabu f’pajjiżna biex jirrapportaw is-summit informali.
Din il-fortizza nbidlet f’ċentru modern mgħammar bl-aqwa teknoloġija u li qed iservi ta’ spazju komdu għall-ġurnalisti.
Filfatt ma kienux biss il-mexxejja tal-istati membri li kienu impressjonati bis-sbuħija ta’ pajjiżna hekk kif il-ġurnalisti barranin għażlu l-aqwa xeni għall-isfond tal-kollegamenti tagħhom mill-Belt Kapitali Valletta, xeni għalihom kellhom kummenti bħal ” “Qatt ma kellna sfond isbaħ għar-rapportaġġ”.
Dan iċ-ċentru huwa riżultat ta’ xhur ta’ ħidma f’dik li hija loġistika u sigurtá biex dan iċ-ċentru ikun jista’ jintuża mill-ġurnalisti llum.