Sitt snin ilu Għawdex kollu nħasad, dan hekk kif erba’ dilettanti tal-logħob tan-nar tilfu ħajjithom fl-isplużżjoni tal-kamra tan-nar ‘Qalb ta’ Ġesu’ fl-Għarb.
Kienu tliet splużżjonijiet li kkaġunaw il-mewt tal-vittmi.
Hekk kif ukoll jaħbat ix-xahar li jfakkar lil dawk li ħallewna, kienu ħafna li fakkru lil dawn il-vittmi fuq il-paġna tal-facebook.
Jispikka l-kumment ta’ omm l-iżgħar vittma, Bryan Portelli, fejn din qalet li tixtieq li jerġa’ jkollha ċ-ċans li tkellem u tara lil binha, anke jekk għal minuta waħda biss. Hi sostniet kif qatt ma jgħaddi jum li ma tismax leħen binha jgħidilha l-aħħar kelmiet, “ma ħa mmur” proprju qabel seħħ l-inċident.