Ray Barbara, l-ex assistent personali tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li qatt ma bagħat għal Yorgen Fenech biex jiltaqa’ ma’ Joseph Muscat u li qatt ma rah f’Kastilja.
Is-Sur Barbara xehed dan fl-inkjesta pubbliku dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Xehed li kien ilu jaħdem ma’ Muscat għal disa’ snin u kien jeħodlu ħsieb id-djarju u l-appuntamenti.
Meta mistoqsi mill-bord tal-inkjesta, is-Sur Barbara qal li fil-preżenza tiegħu Joseph Muscat qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia. Żied li l-ex Prim Ministru qatt ma talbu jibgħat għal Fenech biex jiltaqa’ miegħu. Xehed li Gasan ingħata appuntament jew tnejn iżda ma jafx f’liema kuntest saret il-laqgħa.
Hawnhekk tenna li lil Yorgen Fenech qatt ma tah appuntament biex jiltaqa’ ma’ Muscat u sar jaf bih mill-gazzetti.
Meta mistoqsi mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, is-Sur Barbara xehed li l-kelma Socar qatt ma daħlet fid-djarju ta’ Muscat u lanqas jidhirlu li ltaqa’ ma’ Paul Apap Bologna u Mark Gasan.
Huwa qal li qatt ma kien jidħol fil-laqgħat ma’ Joseph Muscat u lanqas kien isiefer miegħu fuq xogħol.
Xehed li sar jaf bl-arrest tat-tliet eżekuturi mill-aħbarijiet u li l-ex prim ministru ħassu xxokkjat meta sar jaf bil-qtil ta’ Carauna Galizia.
Fis-seduta ta’ dalgħodu xehed ukoll Kenneth Camilleri li kien jaħdem pulizija u uffiċjal tas-sigurtà mal-ex Prim Ministru.
Qal li wara li spiċċa mis-servizz, daħal jaħdem Transport Malta. Xehed li bħalissa jinsab sospiż minn xogħlu għax qed jiġi investigat mill-Ispettur Keith Arnaud dwar laqgħat li kellu ma’ Melvin Theuma.
Xehed li fiż-żmien li kien Kastilja qatt ma ra lil Fenech u l-unika persuna li jaf mill-familja Tumas huwa Matthew Fenech.
Xehed li f’Kastilja qatt ma kien hemm sentiment li lil Caruana Galizia riedu jagħlqulha ħalqha u qatt ħadd ma bagħtu jsegwi l-moviment ta’ xi ħadd jew ta’ Caruana Galizia.
Qal li kellu biss relazzjoni ta’ xogħol ma’ Keith Schembri u ma kellux kuntatt miegħu wara li spiċċa mill-impjieg tiegħu mal-eks Prim Ministru. Huwa xehed ukoll li qatt ma qal lil Schembri li ltaqa’ ma’ Melvin Theuma.
Xehed li mar erba’ darbiet il-Libja ma’ Neville Gafa, iżda ma jafx x’kien jiġi diskuss.
Intant, l-avukat tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, Andrew Borg Cardona qal li jrid lill-Kap tal-Aħbarijiet ta’ TVM jitla’ jixhed fl-inkjesta għax iħossu mweġġa’ b’kummenti dwar Caruana Galizia u l-inkjesta pubblika fuq il-Facebook page ta’ TVM.
Il-membri tal-bord qalu li huma ma jafux b’dawn il-kummenti u żgur ma jistgħux jarawhom jew jinfluwenzawhom għax m’għandhomx Facebook.
Ray Barbara, l-ex assistent personali tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li qatt ma bgħatt għal Yorgen Fenech biex jiltaqa’ ma’ Joseph Muscat u li qatt ma rah f’Kastilja.
Is-Sur Barbara xehed dan fl-inkjesta pubbliku dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Xehed li kien ilu jaħdem ma’ Muscat għal 9 snin u kien jeħodlu ħsieb id-djarju u l-appuntamenti.
Meta mistoqsi mill-bord tal-inkjesta, is-Sur Barbara qal li fil-preżenza tiegħu Joseph Muscat qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia. Żied li l-ex Prim Ministru qatt ma talbu jibgħat għal Fenech biex jiltaqa’ miegħu. Xehed li Gasan ingħata appuntament jew tnejn iżda ma jafx f’liema kuntest saret il-laqgħa.
Hawnhekk tenna li lil Yorgen Fenech qatt ma tah appuntament biex jiltaqa’ ma’ Muscat u sar jaf bih mill-gazzetti.
Meta mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, is-Sur Barbara xehed li l-kelma Socar qatt ma daħlet fid-djarju ta’ Muscat u lanqas jidhirlu li ltaqa’ ma’ Paul Apap Bologna u Mark Gasan.