Il-ġenituri ta’ żagħżugħ ta’ ħmistax-il sena nstabu ħatja bi qtil wara li ħallew lit-tifel tagħhom mingħajr kura għad-dijabete u bil-ġuħ. Emil u Rodica Radita ħallew lit-tifel tagħhom Alexandru fi stat ta’ negliġenza għal snin twal li waslet biex it-tifel jitlef ħajtu.
Omm Alexandru għandha tmient itfal u ħalliet lil binha bla ikel u bla kura, filfatt huwa kien jiżen anqas minn 37 kilo meta nstab mejjet fid-dar tagħhom fl-2013 fir-residenza tagħhom f’Calagry fil-Kanada.
Fis-smigħ ta’ dan il-każ intqal li dawn il-ġenituri saħansitra bdew iħallu lit-tifel tagħhom iżolat biex ma jkun hemm ebda tip ta’ kuntatt ma’ persuni oħra li jistgħu joffru l-għajnuna neċċessarja lil Alexandru biex żgur ma jingħata ebda trattament għall-kundizzjoni tiegħu.
Il-Qorti qalet li t-tifel miet riżultat ta’ bacterial sepsis li hija infezzjoni fid-demm. Il-kudizzjoni fiżika li fiha nstab it-tifel turi li kundizzjoni ta’ saħħtu kienet ilha tiddetterjora.
L-evidenza uriet li l-ġenituri tiegħu kienu jafu kemm Alexandru kellu bżonn il-kura iżda xorta waħda għażlu li jħalluh imut. Ix-xhieda li tkellmet fil-Qorti kkonfermat li kien biss meta t-tifel kien wasal biex imut li l-ġenituri tiegħu ħaduh l-isptar għall-kura.
Il-ġenituri ta’ Alexandru ġew ikkundanati għomor il-ħabs. Ir-rapporti fil-midja jgħidu li l-ġenituri allegatament ma urew l-ebda emozzjoni fil-Qorti.