Ċiniż spiċċa arrestat mill-Pulizija wara li qarraq b’familtu li miet, u martu qatlet lilha nnifisha u lill-uliedha. Ir-raġel, li għandu 34 sena, kien maħsub mejjet wara li l-karozza tiegħu instabet fi xmara u ġismu qatt ma nstab.
Huwa baqa’ ma rritornax id-dar, u martu allegatament qabżet fi xmara ma’ uliedha wara li emmnet li żewġha miet. Jidher ukoll li din ħalliet nota warajha tispjega għalfejn neħħiet ħajjitha b’idejha.
Ir-raġel allegatament ta lilu nnifsu lill-Pulizija Ċiniża nhar il-Ġimgħa.