Barbara Coombes, Ingliża ta’ 63 sena intbgħatet 9 snin ħabs wara li qatlet il-missierha u difnitu fil-ġnien wara li sabitlu ritratti ta’ abbuż sesswali fuq minuri.
Fil-Qorti ta’ Manchester ġie stabbilit kif Coombes daħlet fis-salott tad-dar ta’ missiera, tagħtu żewġt daqqiet b’ pala, ħbietu f’tapit u wara poġġietu f’ħofra fil-ġnien biex imbgħad ordnat tunnellata ħamrija biex għattietu.
Hu mifhum li dan il-każ seħħ tnax -il sena ilu bil-mara tagħmel dan iż-żmien kollhu taħbi l-verita billi tgħid li missiera miet b’attak ta’ qalb u sarlu funeral privat.
Id-difiża argumentat li dan l-attakk sar fid-dawl ta’ iżjed minn erbgħin sena ta’ abbuż verbali u fiżiku minn missiera.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-investigazzjonijiet skattaw wara li fis-7 ta’ Jannar ta’ din is-sena, il-mara qalet kollox f’għassa tal-Pulizija tal-lokal. L-istess investigazzjonijiet irriżultaw li tul dawn l-aħħar tnax -il sena, il-mara sarrfet b’iżjed minn 180,000 sterlina f’pensjonijiet ta’ missierha.