Miljunarju Kanadiż intsab ħati li qatel lill-missieru waqt li kien rieqed biex jiret il-flus kollha tal-familja. Huwa allegatament spara tiri f’ras missieru lura fl-2012.Dellen Millard, l-akkużat, deher emozzjonat f’Qorti Kanadiża hekk kif din sabitu ħati tal-qtil makabru ta’ missieru stess. Sa qabel ftit tal-jiem ilu, il-Pulizija fil-Kanada kienet qed tgħid li Wayne Millard neħħa ħajtu b’idejh.
Dellen Millard mistenni jservi sentenza ħabs wara li nstab ħati tal-qtil ta’ missieru lbieraħ.