Michelle Causo, ta’ 17-il sena, inqatlet b’daqqiet ta’ sikkina minn seħibha.
Causo, li kienet magħrufa bħala Misci, inqatlet minn tal-inqas b’sitt daqqiet ta’ sikkina, tpoġġiet f’borża u tħalliet fi trolley.
L-allegat qattiel tagħha, wkoll ta’ 17-il sena, ġie arrestat wara suspetti, wara li deher ikaxkar borża bil-katavru fiha.
Hija allegatament inqatlet minħabba li kellha tagħtih bejn €30 u €40.
F’kummenti mal-midja, missierha stqarr li bintu inqatlet għalxejn.
Dan hekk kif l-allegat qattiel ried jitgħarras mal-vittma, u issa hi ma tridx.
Waqt l-interrogazzjoni, l-allegat qattiel sostna li kellu xi jgħid ma’ Causo, u li kellha tagħtih madwar €30.
Intant, dalgħodu, instabet is-sikkina li ntużat fil-qtil.
Michelle inqatlet fl-appartament tal-allegat qattiel.
Iż-żagħżugħ qed jiġi akkużat b’omiċidju u li pprova jaħbi l-katavru tal-vittma.
Ritratt: Il Messaggero