Nikolas Cruz ta’ 19-il sena ġie arrestat siegħa wara mill-pulizija,li wettaq att makabru u qatel 17-il persuna.
L-għalliema kienu mwissija li ż-żagħżugħ ma kienx permessibbli li jġorr baskett wara daharu.
Hemm bosta persuni midruba. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Jidher li l-kwistjoni li ġiegħlet lil Nikolas jitkeċċa mill-iskola, ftit qabel, qamet minħabba argumenti bejn Cruz innifsu u l-ġuvni l-ġdid tal-ex-tfajla tiegħu.
Jidher li Cruz ħarab fil-ġenn u l-paniku li nħoloq mill-istudenti, biex ma jagħtix fil-għajn iżda nqabad siegħa wara.
Ara: http://www.one.com.mt/2018/02/14/bhalissa-20-midruba-f-sparatura-fi-skola-f-florida/