Il-Papa Franġisku se jippermetti lill-qassisin kattoliċi jaħfru lil dawk li jkunu għamlu l-abort.
Dan ħabbru f’ittra maħruġa illum, fejn qal li l-abort huwa dnub gravi għax itemm ħajja innoċenti. Madanakollu, żied jgħid, m’hemm ebda dnub li l-ħnien t’Alla m’hu kapaċi jaħfer, jekk isib qalb li verament tkun trid il-maħfra u toqrob lejn il-Missier.
Qal li kull qassis għandu jkun ta’ gwida, appoġġ, u faraġ għal min jiddispjaċih.