Ġenituri fil-Brażil skoprew li binthom kienet abbużata sesswalment minn qassis permezz ta’ tpinġijiet tagħha.
Il-ġenituri sabu t-tpinġijiet wara li t-tifla bdiet tirrifjuta li tattendi klassijiet fejn il-qassis, ċertu Joao da Silva, jgħallem l-Ingliż.
Issa qed jinżamm mill-Pulizija, wara li ammetta li abbuża mit-tifla meta f’mument ta’ rabja, ikkonfrontah missier it-tifla. Dan għamlu permezz ta’ telefonata.
Il-qassis għandu 54 sena u t-tifla għandha ħames snin. Il-każ seħħ fil-belt Montes Claros fil-Brazil.
