Fid-djoċesi ta’ South Carolina, mara fetħet proċeduri kontra qassis, u qed tallega li hu kien juża l-pożizzjoni tiegħu biex jisfurzaha tagħmel is-sess miegħu.
Fil-proċeduri li nfetħu, hija qed tallega li l-qassis kien ikollu x’jaqsam magħha fis-sagristija.
Barra minn hekk, huwa kien jitlobha biex tmur miegħu fuq vjaġġi marbuta ma’ xogħol fil-Kolumbja.
Il-qassis qed ikun mixli wkoll li huwa kien juża il-flus tad-djoċesi biex jonfoqhom fi kmamar ta’ lukandi sabiex ikollu x’jaqsam sesswalment magħha.
Il-mara sostniet ukoll li l-qassis kien konxju li hija kienet għaddejja minn problemi matrimonjali u għalhekk ħa l-opportunità biex iwettaq dawn l-atti, li allegatament seħħew matul is-sena l-oħra u anke din is-sena.
Malli ħarġu dawn l-allegazzjonijiet il-qassis Wilbroad Mwape, ġie mġiegħel jieqaf minn qassis anki b’mod temporanju.
Dan ikkonfermatu kelliema mid-Djoċesi Kattolika ta’ Charleston.
Hija qalet li d-djoċesi qed tevalwa tal-akkużi mressqa fil-Qorti, u qalet li se tkun qed tikkumenta dwar dan aktar tard.