Fr David Muscat qabbel lill-poplu Malti mat-Talibani.
Huwa għamel dan f’artiklu li ppubblika fuq blog bit-titlu “The Taliban are us.”
F’dan l-artiklu Muscat jikteb kif fost oħrajn l-introduzzjoni tal-whitepaper mill-Gvern għall-użu responsabbli tal-Kannabis hija eżempju ta’ dan.
Dan hekk kif Muscat iqabbel li bħalma fl-Afganistan il-fjura tal-opium hija importanti għall-ekonomija, il-Gvern Malti qed jittanta jagħmel l-istess bil-ħaxixa.
Ir-raġuni għaliex l-Maltin huma bħat-Talibani skond Muscat messet ukoll mal-Arċisqof Charles J. Scicluna. Dan hekk kif Fr David Muscat kkritikah talli kien ppoża għal ritratt fl-inawgurazzjoni tal-proġett tad-dwal li se jixgħelu l-koppla tar-Rotunda fiż-żmien li ġej.
Muscat sostna li hemm ftit differenza bejn it-Talibani u l-membri tal-Kleru f’Malta