Qassis Ingliż ammetta tliet akkużi kontrih fil-Qorti Ingliża ta’ Westminter. Andrew Sloane ta’ 63 sena qarraq bi tliet parruċċani nisa u qalilhom li għandu bżonn il-flus. Irnexxilu jiġbor xejn inqas minn £14,500, iżda l-iskop ma’ kien qaddis xejn. Skont tabloids Ingliżi, Sloane użda l-flus biex iħallas irġiel li jbiegħu ġisimhom. Barra minn hekk, il-kuratur ta’ St Paul’s Church f’Knightsbridge, Londra, għattielu u spjega lill-parruċċani li s-self ta’ flus kellu jinżamm sigriet.
Inqabad li kien hemm xi ħaġa hażina fl-amministrazzjoni tal-flus meta min imexxi l-Knisja nduna li kien hemm £3,954.68 nieqsa mill-flus tal-ġabriet. Fid-dawl ta’ din l-iskoperta, ġiet organizzata laqgħa b’urġenza. Filmati bis-CCTV żvelaw li Sloane seraq anke flus minn sejf.
Sloane ingħata sentenza ta’ tnax-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn, minbarra li ġie ordnat jagħti kumpens lil min seraq.