Fir-reġjun ta’ Vendée, fil-punent ta’ Franza inqatel qassis ta’ 60 sena.
Is-suspettat ta’ dan il-qtil, li huwa raġel mir-Rwanda ta b’idejh lill-pulizija u qalhom li huwa qatel lill-qassis.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif is-suspettat, is-sena l-oħra kien ammetta li ħaraq il-Katidral ta’ Nantes, fi Franza.
Intqal kif il-qassis kien ilu xhur iżomm is-suspettat għandu.
Fuq il-midja soċjali, il-President Franċiż, Emmanuel Macron sellem il-memorja tal-vittma.