Jesmond Gauci, qassis ta’ ħamsa u erbgħin sena li kien iservi fix-Xagħra Għawdex, ingħata sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal tliet snin. Dan wara li nstab ħati li mess lil tifla ta’ tlettax-il sena b’mod mhux xieraq.
Fl-istess waqt il-Qorti ma sabitux ħati li kellu relazzjoni sesswali mat-tifla, u ma żewġt ibniet oħra taħt l-età.
Huwa ma nstabx ħati lanqas li tahom fastidju bl-użu tat-teknoloġija.
L-invstigazzjoni inbdiet wara li l-Isqof t’Għawdex, Mario Grech, kien għamel rapport lill-Pulizija dwar allegat abbuż sesswali fuq minuri.
Fil-proċeduri fil-Qorti intqal kif il-qassis fuq id-dgħajsa tal-ġenituri ta’ tfajla, allegatament messilha sidirha minn fuq il-flokk, u iktar tard il-parti privata tagħha minn fuq il-malja.
F’każ ieħor, waqt Barbeque għannaqha minn wara, u fil-proċess messilha sidirha.
Tfajla oħra, qalet li waqt lezzjonijiet tal-privat, il-qassis kien jiġbdilha xagħarha, u darba fil-qrar prova jiġbidha mill-flokk biex ibusha.
Barra minn hekk tnejn mit-tfajliet spjegaw li kienu jirċievu messaġġi fuq Facebook fejn kien jirreferi għalihom bħala “honey bunch” u “sweety pie”, xi ħaġa li l-qassis qal li jikkunsidra kliem normali bejn il-ħbieb.
Għalekk il-Maġistrat sabu ħati biss li kkommetta attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ waħda mit-tfajliet fejn ikkundannah sena ħabs sospiżi għal tliet snin.
Il-prosekuzzjoni mexxiet mill-Ispetturi Sylvana Gafa u Joseph Busuttil filwaqt għall-qassis deher l-avukat Joseph Giglio.