Fl-Italja, il-Pulizija arrestat saċerdot flimkien ma’ żewġ persuni oħra fuq pussess ta’ materjal pornografiku ta’ tfal.
Is-sit tal-aħbarijiet ‘La Repubblica’ qal kif Don Nicola De Blasio ta’ 55 sena ta r-riżenja tiegħu minn qassis tal-parroċċa ta’ Benevento.
Din l-operazzjoni ta’ pornografika kienet tissejjaħ ‘meet up’, fejn il-pulizija arrestat ukoll lil dak li ħoloq dan is-sit.
Quddiem il-Qorti s-saċerdot qal li hu kien qed jinvestiga l-materjal pornografiku li nstab għandu iżda l-verżjoni tiegħu ma twemnitx.