Skont l-istatistika tal-kumpanija Gozo Channel, waqt il-ġimgħa ta’ Santa Marija, l-ammont ta’ passiġġieri li qasmu minn Malta għal Għawdex żdied b’9% fuq l-istess żmien ta’ sena ilu. L-ammont ta’ vetturi li qasmu żdied bi 11%.
Dan bejn it-Tlieta, 9 t’Awwissu u t-Tnejn, 15 t’Awwissu. Total ta’ 68,582 persuna telqu miċ-Ċirkewwa lejn l-Imġarr f’din il-ġimgħa u 18, 534 vettura f’242 vjaġġ. L-aktar jum li fih qasmu nies kien is-Sibt 13 t’Awwissu.