Grupp ta’ artisti internazzjonali ċċelebraw il-ħamsin sena mill-indipendenza tal-Bangladesh, b’kanzunetta.
Fosthom Ozzy Lino, kantant Malti li ntagħżel biex juża t-talent tiegħu għat-tifkira ta’ dan l-avveniment.
Il-kanzunetta bl-isem ta’, ‘Through The Tiger’s Eye’ hija msejsa fuq il-ħsieb li ma jistgħux isiru avvenimenti kbar madwar id-dinja minħabba l-pandemija.
“Għalija kien unur kbir bħala Malti u anke bħala bniedem mhux għax Malti biss. Imma li tiġi mistieden biex tkanta diska ta’ dan il-livell naraha opportunità kbira u vera ferħan għaliha.”
Ozzy Lino rrifletta fuq il-karriera tiegħu li wasslet għal dan ir-rikonoxximent internazzjonali u fakkar kif din kienet il-ħolma tiegħu għal żmien twil.
Huwa appella lill-artisti kollha minn kull qasam biex jibqgħu jaħdmu għal dak li jixtiequ.
“Taqtawx qalbkom. Tħossok ftit imdejjaq għax ħajtek fuq il-palk tferraħ in-nies u ma tantx kellna opportunitajiet din is-sena u anke s-sena li għaddiet kienet vera iebsa. Imma ħarsu lejn id-dawl, ħarsu ‘l quddiem u nibqgħu mexjin lejn dak id-dawl fl-aħħar tal-mina.”