Kristen, żagħżugħa fl-aqwa tagħha, esprimiet il-gratitudni tagħha lejn Puttinu Cares. Sfortunatament, hija għaddiet minn problemi ta’ saħħa li kienu jeħtieġu trattament barra minn xtutna.
Hekk kif Puttinu se jxandru maratona ta’ ġbir ta’ fondi fuq l-istazzjonijiet kollha fil-Ġimgħa l-Kbira, Kristen qasmet l-esperjenza tagħha.
“Jiena Kristen, iltqajt mal-familja ta Puttinu meta kelli 18 il-sena, meta ġejt diagnosed b’Central neurocytoma.
Il-motto ta’ Puttinu ‘Home away from home’ huwa kollu vera. Qas qatt ma kont noħlom li ha nsir parti minn din il-familja li laqat lili u l-familjari tiegħi mingħajr ma kienu jafuna.
Għadhom jissapportjawna sa llum il-ġurnata. Puttinu vera jagħmlulek il-ħajja faċli f’dawk iż-żminijiet li ma jkollok moħħ xejn, billi jiprovdulek post fejn toqod. Kull ma’ tista taħseb jkollok fil-flat.
Angele u Rene juruk mħabba ġenwina. Puttinu qegħdin hemm għal kulħadd, allura inħeġġeġ lil kulħadd biex fil-Ġimgħa l-Kbira jgħin lil Puttinu!“