Is-Sibt 4 ta’ Frar, is-segwaċi ta’ ONE News segwew wieħed minn 3 uċuħ ġodda, jaqra l-buletin tal-aħbarijiet prinċipali ta’ ONE. Il-ġurnalist Eman Portelli ngħaqad mal-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE fl-2018. Gradwa fl-istudji ewropej u l-istorja u gradwa wkoll b’masters fil-Politika Ewropea mill-Università ta’ Malta. Jinteressawh il-ġrajjiet kurrenti, b’mod speċjali l-politika lokali u internazzjonali.
”Hija esperjenza unika li taqra għall-ewwel darba l-aħbarijiet fuq l-istazzjon ONE. Minn ta’ eta żgħira niftakarni quddiem is-sett tat-televiżjoni nsegwi l-aħbarijiet u l-fatt li issa qiegħed naqra l-aħbarijiet hija ħolma li saret realta.”
EMAN PORTELLI – ĠURNALIST U QARREJJ TA’ ONE NEWS
”X’sodisfazzjon li tara lill-kollegi jkomplu jimirħu fil-karriera tagħhom. Wara li ftit jiem ilu beda jaqra l-bulettin prinċipali tal-aħbarijiet fuq ONE Eman Portelli, umbgħad kien imiss lil Stefan Bajada u anke Matthew Farrugia. ‘Il quddiem ikollna oħrajn. Dawn jingħaqdu mal-qarrejja esperjenzati tal-bulettin tas-7.30pm ta’ ONE News Samuel Lucasl, Trischia Falzon, Antoinette Falzon u Anton Falzon. Determinati li nibqgħu noffru l-aħjar servizz lis-segwaċi tagħna”
SANDRO MANGION – KAP TA’ ONE NEWS
It-Tnejn 6 ta’ Marzu, s-segwaċi ta’ ONE News segwew wiċċ ieħor ġdid jaqra l-buletin tal-aħbarijiet prinċipali ta’ ONE. Il-ġurnalist Stefan Bajada ilu fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE sa’ mill-2018 u fost l-oħrajn għandu għal qalbu ferm il-politika lokali, ġrajjiet kurrenti u anke stejjer umani. Ma jonqosx li l-gżira tat-tliet għoljiet ukoll hija ta’ interess kbir għal Stefan, hekk kif huwa Għawdxi.
“Esperjenza mill-isbaħ li għall-ewwel darba taqra bullettin tal-aħbarijiet. Unur akbar li fi tmiem il-ġurnata twassal xogħol il-kollegi ġurnalisti ta’ ONE News fid-djar tal-eluf ta’ segwaċi ta’ dan l-istazzjon. Ħolma li dejjem kelli, issa saret realtà.”
STEFAN BAJADA – ĠURNALIST U QARREJJ TA’ ONE NEWS
Wara Stefan Bajada, t-Tlieta 7 ta’ Marzu kien imiss lil Matthew Farrugia li jaqra l-aħbarijiet għall-ewwel darba. Matthew Matthew beda l-karriera tiegħu fil-ġurnaliżmu fl-2020 fejn beda jikteb dwar suġġetti varji mill-kronaka sal-politika. Fl-Università ta’ Malta huwa gradwa mill-Istudji Ewropej flimkien mal-Istudji tal-Komunikazzjoni.
Kienet esperjenza sabiħa u eċitanti, li ma setax ikolli mingħajr dawk kollha li għenuni waqt ix-xhur ta’ taħriġ. Kien ta’ unur li nwassal l-aħbarjiet lis-segwaċi kollha ta’ ONE għall-ewwel darba u nħares ‘il quddiem sabiex inkompli nxandar l-aħbarjiet b’mod dirett.
MATTHEW FARRUGIA – ĠURNALIST U QARREJJ TA’ ONE NEWS