Attività letterarja mħejjija mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se tkun attività fost bosta li se tkun qed tiċċelebra l-Presidenza Maltija ġewwa Brussell.
Waqt din l-attività erba’ kittieba magħrufa se jkunu qed jaqraw siltiet minn xogħolhom lill-pubbliku.
Fosthom se jkun hemm Alex Vella Gera u Lorrane Vella se jidhru fis-17 ta’ Marzu, mis-6:00 ta’ wara nofsinhar, filwaqt li Clare Azzopardi u Maria Grech Ganado ser jidhru l-għada, mis-2:00 ta’ wara nofsinhar.
Din l-attività se tkun qed titħejja f’Librebook – Bruxelles, 128, Chaussée de Wavre, 1050 Ixelles, Belgium.
Kull min jinzerta jkun fl-inħawi matul dan iż-żmien huwa mħeġġeġ jżur din l-attività unika sabiex ikun jista’ jisma’ fost l-aħjar vuċijiet kontemporanji Maltin jaqraw xogħolhom stess.