Kmieni l-Erbgħa filgħodu l-Katidral tal-Imdina ingħata qanpiena ġdida bl-isem ta’ Maria Paola. F’kummenti ma’ One News, il-Kampanoloġista Kenneth Cauchi spjega kif dan ġara wara li inspezzjonijiet fuq il-qniepen l-oħra preżenti irriżulta li l-eqdem qanpiela kient f’riskju li tikolassa. Minkejja li kien tiswijiet kienu possibli, minħabba l-eta tal-qanpiena li inħadmet fl-1499, ġie rikomandat li ssir qanpiena ġdida
Bażikament ir-replacement tal-qanpiena fonduta fl-1499. Attwalment din kienet l-eqdem qanpiena ġol-ġżejjer Maltin li kienet għadha tintuża f’kampnar. Ta’ qabilha kienet tal-1370, niżżilniha mill-kampnar fl-2008 u din kienet in-next runner up pero’ għal raġunijiet ta’ sigurta’, din ċediet mill-kuruna tagħha, sewwejniha kif nistgħu biex din tkun tista’ tintuża pero minħabba l-eta konsiderevoli li kellha ġie deċiż li tmur parti mill-kollezzjoni li hemm fil-mużew tal-Katidral.
Din il-qanpiena l-ġdida ikkumisjonata mill-kapitlu tal-istess katidral u li tiżenn 170 kilo ġiet maħduma mill-funderija Paccard ġewwa Annecy fi Franza u n-nota li d-doqq tireplika kemm jista’ jkun in-nota tal-qanpiena l-antika. Barra minn hekk, fuq il-qanpiena wieħed jista’ jinnota wkoll il-figuri tal-Madonna kif ukoll dik ta’ San Pawl li huwa l-qaddis titulari tal-istess katidral.
Ir-replacement tagħha sar ġo Franza fil-Funderija Pacard apposta biex omoġenja anka fid-disinn u l-ħoss tal-qniepen preżenti li hawn fil-katidral xogħol ta’ Prospero Barigozzi li saru fl-1958 biex ikun hawn armonija kemm f’dak li huwa diżinn u anka f’intonazzjoni.
Kenneth Cauchi kompla jisġjega x-xogħolijiet għadhom għaddejin fil-katidral li jinkludi fost l-oħrajn xogħolijiet oħra ta’ restawr.
Bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr anka fil-fittings l-oħra tal-qniepen. Għandna xi travi wkoll li kkorodjaw minħabba li l-Imdina hija esposta għal ħafna elementi u dawn bilfors kellhom jinbidlu. Nittamaw li nlestu dan f’qasir żmien.
Fiċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni l-qanpiena l-ġdida giet imbierka mill-Isqof ta’ Malta Msgr. Charles J. Scicluna.