Hekk kif madwar id-dinja għaddejja kampanja sħiħa dwar il-ħsara li jikkawża l-plastik, messaġġ xokkanti fuq il-midja soċjali dalgħodu niggeż lil ħafna. Jidher li persuna jew persuni li għal xi mumenti tpaxxew b’ġelat, ma kkawżaw xejn ħlief ħsara lil qanfud li pprova jistkenn fil-plastik li ntrema’ barra. Dan spiċċa b’rasu maqbuda fil-plastik mingħajr ebda mod kif joħroġ minnha.
Il-messaġġ fuq il-midja soċjali qed jappella biex dak li jkun jikkunsidra l-ħsara li tista’ ssir lill-annimali ma’ kull tazza tal-plastik li tintrema’ barra.
“Din ukoll hija moħrqija tal-annimali”, temm jgħid l-appell fuq Facebook.