Il-Qorti laqgħat talba ta’ missier, biex uliedu ta’ seba u sitt snin imorru lura New Zealand minn Malta. Dan għaliex l-omm qed iżżommhom hawn mingħajr il-kunsens tal-missier.
Kien biss permezz ta’ email li l-missier sar jaf li wliedu jinsabu Malta. L-omm kienet qaltlu li kienet se teħodhom jaraw lin-nanniet fl-Arabja Sawdija, iżda meta kien qed ikellem lil bintu fuq Skype, din żvelat li kienu se jitilqu minn hemm.
L-omm provdiet il-verżjoni tagħha wkoll; qalet li l-missier li jgħix New Zealand ma kellux biex imantni lit-tfal, li qatt ma ftiehmu dwar kemm kienet se ddum barra minn New Zealand, li tinsab f’relazzjoni ma raġel ieħor hawn Malta, u li t-tfal huma kuntenti.