Susan Pain ta’ 51 sena ingħatat sentenza ħabs wara li nstab li qalet li kellha tifla li sofriet ġrieħi fl-attakk terroristiku f’Manchester biex tieħu flus tl-assigurazzjoni. B’kollox din ħadet £139,000 wara 31 rapport falz lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni.Pain inqabdet wara li għamlet l-aħħar rapport tagħha wara li qalet li kellha tifla, Sophie, li sofriet ġrieħi serji wara l-attakk f’Manchester Arena f’Mejju tas-sena l-oħra. Dan l-attakk, li wettaq mit-terrorist Salman Abedi, ħalla 22 persuna mejta wara kunċert mill-kantanta Amerikana Ariana Grande.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li tinsab iddiżgustata li xi ħadd jasal jigdeb b’dan il-mod u juża avveniment li nikket poplu sħiħ għal gwadann personali.