Mara bl-isem ta’ Mari Sant ħassitha urtata ferm bil-ħafna tgergir li spiss nisimgħu dwar il-festi. Permezz ta’ grupp popolari fuq Facebook bl-isem ‘The Salott’, żvelat realtà li forsi mhux kulħadd huwa konxju tagħha.
Infatti kitbet paragrafu qasir intitolat “Għal min igerger fuq in-nar u l-bombi tal festi”.
“Bonġu għal kullħadd, ħa nkun pulita u edukata…ir ragel tiegħi jagħmel sena sħiħa jitla’ l- kamra tan-nar,mhux fis-sajf biss. Ħdud ma jeżistux għall-familja.
Ħsiebhom biex iferrħu lil ħaddiehor. Qalbi tkun maqsuma bil-biża ma’ kull ħoss żejjed li nisma’. Ġurnata leave….fil-kamra wkoll.
Għax minn dan kollu r-raġel u ħafna oħrajn jagħmluh b’mod voluntarju. Mela jekk jogħġobkom ieqfu gergru. Is-sajf hekk kien, hekk hu u hekk ħa jibqa’ ġewwa Malta, għall-festi u tradizzjoni u kultura. Agħtu naqra ħsieb minn liema periklu dawn jgħaddu biex jgawdi ħaddiehor. Grazzi ħafna.”
Konxja li forsi mhux kulħadd jaqbel magħha, Mari kompliet tgħid hekk:
“Ma jiena se nirrispondi lil ħadd. Nirrispetta l-opinjoni ta’ kullħadd waqt li nitpaxxa bil kultura Maltija…il-ġurnata t-tajba lil kullħadd.”