Kont taf li qalbek tista’ tkun ‘ikbar’ minnek? U mhux b’mod tajjeb.
Studju li sar fl-Ingilterra juri li skont il-mod kif wieħed jgħix ħajtu jiddetermina l-‘età’ ta’ qalbu. L-istudju sar bħala parti minn inizjattiva biex ikun hawn iktar għarfien dwar kif wieħed jgħix ħajja attiva u b’saħħitha.
Erba’ minn kull ħames adulti huma f’riskju ta’ mard tal-qalb, u mewt qabel iż-żmien, għaliex l-istil ta’ ħajja tagħhom xejjaħ lil qalbhom qabel iż-żmien.Persuna li għandha 59 sena u għamlet l-istudju, kellha aħbar xejn sabiħa, għaliex minħabba l-mod ta’ kif tgħix ħajjitha (ma tagħmilx biżżejjed eżerċizzju, u ma tiekolx biżżejjed frott u ħaxix, per eżempju), qalbha hija għaxar snin ikbar minnha!
L-istess studju jgħid li 75% ta’ attakki tal-qalb u strokes jistgħu jiġu evitati jekk is-saħħa tal-qalb tkun imtejba.
Kif nistgħu nagħmlu dan?
Sempliċi. Il-professuri li kienu l-moħħ wara dan l-istudju qed iħeġġu lill-adulti kollha biex jimxu ma’ dawn il-passi biex qalbhom tibqa’ ‘żagħżugħa’:
- Ma jpejpux
- Isegwu ħajja fiżikament attiva
- Jikkontrollaw il-piż
- Jikkunsmaw inqas xaħam
- Jieklu minn tal-inqas ħames frottiet jew ħxejjex kuljum
- Jieklu iżjed ħut
- Jikkontrollaw il-konsum tal-melħ
Int ukoll tista’ tagħmel it-test hawn