Kmieni dalgħodu, inkwilin li jikri l-propjetà tiegħu rċieva messaġġ li jiswa mitlqu deheb mingħand sid il-propjetà.
Messaġġ t’għajnuna u assistenza f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida.
Is-sid iddeċieda li jraħħas il-kirja tal-inkwilin b’350 ewro biex b’hekk issa l-kerrej irid iħallas biss €400 minn €750.
Fil-messaġġ sid il-propjetà juri x-xewqa tiegħu li jgħin kemm jista’ lill-inkwilin b’din il-miżura temporanja.
L-inkwilin irringrazzja lis-sid tal-propjetà u ħeġġeġ lill-oħrajn biex jagħmlu l-istess.