Is-suspettat li spara fuq qassis Ortodoss fil-belt Franċiża Lyon il-ġimgħa l-oħra, qal li huwa għamel hekk minħabba tilwima personali. Ir-raġel ġie arrestat nhar il-Ġimgħa fid-dar tiegħu.
Il-Ġorġjan ta’ 40 sena qal lill-prosekuturi li l-qassis kien qed ikollu relazzjonijiet sesswali ma’ martu, Russa ta’ 35 sena. Huwa spara darbtejn fuq il-qassis, Nikolaos Kakavelakis ta’ 52 sena, li kien qiegħed quddiem il-knisja fejn kien qed iqaddes, fil-31 ta’ Ottubru li għadda.
Dan il-każ seħħ ftit jien wara l-attakk fi knisja fil-belt ta’ Nizza li ħalla tliet persuni mejta. Inizjalment kien hemm il-biża’ l-isparatura kellha x’taqsam mal-attakk ta’ Nizza.