Għall-Valletta Pageant of the Seas fadal biss ġimgħa.
Dan qed jissejjaħ “l-ispettaklu tas-sena” mtella mill-fondazzjoni Valletta 2018. Waqt konferenza tal-aħbarijiet intqal kemm il-Port il-Kbir ma kienx qed ikun użat biżżejjed, u għalhekk se jinħoloq teatru fuq wiċċ il-baħar li joħroġ il-potenzjal sħiħ tal-Port il-Kbir.
Iċ-ċermen ta’ Valletta 2018, Jason Micallef, qal li dan ser ikun il-qofol tat-tifkira mill-450 sena mit-twaqqif tal-Belt Valletta. L-ikbar avveniment li għaqqad nies mis-settur marittimu tekniku u kummerċjali.
Il-ftuħ tal-Pageant of the Seas ser isir permezz ta’ Regatta ġdida bis-sehem ta’ qaddiefa barranin, li huma kollha nisa. Dawn se jikkompetu għall-Palju De Vallette. Din hija regatta oriġinali mhux biss minħabba dan l-aspett iżda anke minħabba l-fatt li ser jibdew u jispiċċaw mill-istess post fil-Port.
Joseph Grima u David Brydon mir-Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor elaboraw dwar kif ir-regatti se tkun unika.
https://www.youtube.com/watch?v=IxQfzGl6P1c
Dawn huma d-dettalji dwar l-aspett loġitistiku, kif spjegati minn Antoine Farrugia.
https://www.youtube.com/watch?v=lRAbnOjANBc