Il-proċeduri ċivili, kummerċjali u amministrattivi fil-Qrati ta’ Malta qed jieħdu inqas ħin u l-qorti qed issir iktar effiċjenti.
Dan jirriżulta mill-Justice Scoreboard, dokument tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qasam tal-ġustizzja tal-Istati Membri, li jirrifletti s-sitwazzjoni fl-2015.
Dan wera kif minn medja ta’ 707 jiem biex tinqata’ kawża ta’ dan it-tip fl-2013, fl-2015 din niżlet għal erba’ 147 jum.