Ħafna huma dawk li jispiċċaw f’kontroversji u polemiki li għandhom x’jaqsam mas-sit popolari ta’ facebook. Dawn ikunu jirrigwardaw xi malafama, xi status li ma jintgħoġobx u anke ġieli jidher xi ritratt fuq midja u dak li jkun ma jkunx jixtiequ jidher.
Iżda tajjeb li wieħed qabel joħloq inkwiet bla bżonn u jaħli ħinu u forsi anke flusu għax ikun spiċċa qabbad xi avukat għal xi kwistjoni li ma jkollux raġun, jiftakar li dak li jitfa’ facebook, jgħaddi kemm jgħaddi żmien minn fuqu, huwa pubbliku, irrelevanti għandekx ritratt ma’ xi ex sieħeb jew sieħba, jew kontx tgħid mod u llum ieħor, kontx taqbel m’argument u llum m’għadekx. Tajjeb li qabel titfa’ xi ħaga għall-pubbliku, tkun ċert minn dak li se tesponi.
Aqra aktar dwar xi drittijiet għandek b’relazzjoni mas-sit facebook hawn: https://www.facebook.com/about/privacy