Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, mhux kredibbli biex jitkellem dwar l-Awtorità tal-Artijiet. Biex jagħmel dan, Delia għandu l-ewwel jeħles mid-deputat tiegħu li nstab responsabbli mill-Awditur Ġenerali bl-ikbar skandli f’dak li kien id-Dipartiment tal-Artijiet. Responsabbiltà li kienet ikkonfermata anke mill-Qorti.
Fl-istqarrija maħruġa llejla Adrian Delia lanqas biss semma jew irrikonoxxa l-iskandli tal-Fekruna, il-binja tal-HSBC fil-Belt u d-deal tal-Lowenbrau. Qabel jirrikonoxxi u jitlob lil Jason Azzopardi jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dawn, Delia mhux kredibbli.
Ir-riforma li saret fl-Awtorità tal-Artijiet minn dan il-gvern tassigura li skandli bħal dawn ma jsirux.
http://www.one.com.mt/2019/09/19/delia-jiddefendi-lil-azzopardi-dwar-l-iskandlu-tal-lowenbrau/