Bosta huma dawk li jiftakru meta kienu biss ta’ ftit snin is-sigħat li kienu jqattgħu flimkien man-nanniet tagħhom fuq it-turġien ta’ quddiem il-bieb tad-dar. Fejn bejn tazza tè u oħra bejn il-ġirien fuq il-bankina u xi logħba passju bejn in-neputijiet, il-jum kien jintemm b’xi storja ta’ x’ġara lbieraħ u tislima biex b’hekk jgħalqu l-jum fuq nota tajba.
F’kumment mal-paġna The People of Malta, Annie sostniet kif fil-jiem tas-Sajf, kull filgħaxija wara l-quddies minflok tintefa’ fil-kċina taqra, toqgħod fuq siġġu barra l-bieb tad-dar tagħha, taqra għall-frisk.
Hi qalet kif qabel it-triq kienet tkun mimlija bin-nies, iżda llum it-televixin ġabar lin-nies ġewwa.
“Jien naqra ħafna. L-ewwel ktieb li qrajt kien “Alice in Wonderland”. Kont mort naqrah fit-terrazzin. Bqajt
niftakru. Kien il-ktieb li tagħtulna l-għalliema tal-iskola,” temmet tgħid Annie.