Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo ddikjara fil-Parlament li qabel ma pajjiżna qaleb il-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-gass mill-Heavy Fuel Oil, kellna arja aktar nadifa.
Vassallo qal “mela meta ma kellniex il-powerstation il-ġdida taħdem kellna arja aktar nadifa iktar.”
Vassollo stqarr dan waqt l-aġġornament fil-Parlament li matulu kkritika wkoll id-deċiżjoni tal-Gvern li jibda jħaddem il-powerstation tal-BWSC bil-gass flok bil-Heavy Fuel Oil, jiġifieri l-aktar żejt li jniġġes. Skontu din il-qalba mhux vera wasslet għat-tnaqqis fid-dħaħen u trab iswed – li kien jispiċċa fil-btieħi u l-bjut tar-residenti fin-Nofsinhar ta’ Malta; l-aktar tal-Marsin u Xlukkajri.Qal li “żewġ power stations li mhux veru naqsu l-emmisions minn kemm kellna qabel.”
Saħansitra stqarr li bil-qalba għall-gass żdiedu l-emmissjonjiet fl-ajra.
Vassallo qal “iżda issa għanda problema li taħt dan il-gvern stess dawn il-power stations żiedu l-emmissions fl-arja.”
Huwa pprova jxejjen argumenti ta’ esperti fosthom ta’ inġiniera li tkellmu dwar il-bidla pożittiva li għamel pajjiżna meta qaleb għall-gass u b’hekk tnaqqsu bi kwantitajiet kbar it-tunnellati ta’ emissjonjiet fl-arja.
“Jista’ jqum inġinier biex jipprova jogħġob lill-gvern jgħid mod ieħor” qal dan Vassallo.
Id-deputat Nazzjonalista – li kien parti mill-Gvern li vvota bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, qal li togħrku qalbu b’din il-qalba għall-gass li fi kliemu waslet għal sitwazzjoni diżastruża.
Qal “Imma togħrokni qalbi kif tiġi fil-Parlament u titkellem fuq problema tant attwali fuq sitwazzjoni tant diżastruża.”
Waqt li sostna li d-deċiżjoni tal-Gvern li jaqleb għall-gass qed tipperikola l-ħajja tan-nies, qal li ma jifħlaħx jisma’ li l-powerstations bil-gass naqqsu dħaħen fl-arja.
Vassallo qal wkoll “Ma flaħx nisma’ lil min jgħid li bil-power station il-ġdida tal-gass naqqasna l-emmissions.”
Vassallo stqarr dan meta bosta studji li saru fl-aħħar snin wrew li mindu pajjiżna bidel il-politika tal-enerġija, l-emissjoijiet tal-gassijiet tad-dijossidu tal-karbonju naqsu sostanzjalment tant li r-residenti ma baqgħux jilmentaw dwar trab iswed fid-djar tagħhom.