Dawk il-persuni li jkunu ħerġin minn pajjiżna jew inkella deħlin f’ pajjiżna u fuqhom għandhom iżjed minn għaxart elef ewro fi flus kontanti jew ċekkijiet jridu jiddikjarawom. Anke jekk il-moviment qed issir bejn żewġ stati membri tal-Unjoni Ewropeja dan hekk kif l-istess kommunita’ timponni dawn il-kontrolli sabiex tiġġieled il-ġlieda tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
Il-qabdiet iktar spissi ta’ persuni bi flus mhux iddikjarati deħlin fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta huma riżultat ta’ skwadra ġdida fi ħdan id-Dwana ta’ Malta li bdiet taħdem iktar kmieni din is-sena.
Tkun ġej minn fejn ġej u sejjer kwalunkwe pajjiż jekk fuqek se ġġorr iktar minn għaxar t’elef ewro dawn iridu jkunu ddikjarati. Brian Saliba, kap ta’ din l-iskwadra fisser kif din il-ħidma se tkompli tissaħħaħ fi żmien li ġej.
Kontra l-perċezzjoni li għandhom bosta anke jekk wieħed ikun sejjer pajjiż tal-Unjoni Ewropea jrid jgħamel din id-dikjarazzjoni u jekk minflok kontanti wieħed iġorr ċekk, ‘money order’ u travellers Cheques xorta għandu jittawal l-ufiċċju li d-dwana għandha l-ajruport jew il-port.
Minn jinqabad jittiehdulu l-flus li jaqbzu l-massimu ta’ ghaxart elef ewro. B’hekk jekk tinqabad iġorr ħmistax –il elf ewro joħdulek il-ħames t’elef ewro.
Dak li jkun jista’ jehel piena ta’ hamsa u ghoxrin fil-mija tal-ammont kollhu ta’ flus li jkun qed jitrasferrixxi.
Saliba jispjega li dan issir minħabba żewġ raġunijiet partikolari, is-supetti ta’ ħasil ta’ flus u l-finanzjament tat-Terroriżmu.
Għall-iktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw 25685124.