Id-Dipartiment tad-Dwana qabad iktar minn 9 miljun sigarett tal-kuntrabandu fl-ewwel sitt xhur tal-2018 f’ħidma bla qies mill-ħaddiema tagħha.
Id-Dipartiment irreġistra riżultati inkoraġġanti f’dak li hu infurzar, fejn fosthom inqabdu ukoll:
- 78.2 kilogramm tabakk;
- 8 kilogrammi kannabis u 2 kilogrammi kokaina;
- 3 karozzi;
- 19-il pakkett mill-posta b’ammonti żgħar ta’ droga li ġew riferuti lill-Pulizija;
- 99,570 oġġett kontrafatt fosthom ħwejjeġ u żraben;
- 2,617 flixkun inbid u xorb alkoħoliku
Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana sostna li l-kuntrabandu huwa reat kriminali serju ħafna li, f’każ ta’ ħtija quddiem il-Qorti, iġorr miegħu penali fiskali ħorox, konfiska tal-mezz tal-ġarr, konfiska tal-mezz tal-ħażna u, saħansitra, anki kkunsidrata piena karċerarja.