Fil-Port Ħieles id-Dwana għamlet qabda rekord ta’ kważi tunnellata u nofs kokaina, b’valur fis-suq ta’ madwar €300 miljun.
Din id-droga ġiet interċettata f’kontejner, wara ġurnata operazzjoni mill-ħaddiema tad-Dwana. Il-kontejner, li kien qed iġorr il-banana, kien ġej mill-Kolumbja u kien sejjer lejn Koper, fis-Slovenja.
L-uffiċjali tad-Dwana ssekwestraw ħamsin borża, li fihom kien hemm kważi 1,500 blokka kokaina.
Id-dwana għaddiet dan il-kż lill-iskwadra ta’ kontra d-droga tal-Pulizija. Il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana qed imexxi inkjesta.
Din il-qabda rekord ġiet wara li x-xahar li għadda, fl-istess post, inqabadu madwar 800 kilogramma kokaina.
ARA: