Tard ilbieraħ filgħaxija, membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestaw żewġ persuni, li fil-pussess tagħhom instabu madwar żewġ kilogrammi ta’ sustanza suspettata kokaina.
Il-persuni li ġew arrestati huma, raġel Brażiljan ta’ 31 sena li ġie arrestat mal-wasla tiegħu ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u mara mill-Venezuela ta’ 38 sena li ġiet arrestat f’lukanda ġewwa San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija tal-Korp tal-Pulizija ntqal li ż-żewġ persuni mistennija jitressqu l-Qorti għada. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.