Fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu, waqt spezzjonijiet minn Uffiċjali tad-Dwana Maltija fil-port, żewġ passiġieri Franċiżi nqabdu mill-kelba Sophie b’ammont akbar ta’ flus kontanti milli permess bil-liġi.
Fuqhom instabu €21,850 u €21,950 li ġew elevati minn dawn l-uffiċjali.
Għal darb’oħra l-kelba Sophie rnexxielha taqbad aktar passiġieri li kienu qed jiksru l-liġi.
Mill-bidu ta’ din is-sena d-Dwana qabdet €556,182 fi flus mhux iddikjarati f’34 każ differenti.