Id-Direttur Ġenerali tal-Affarijiet tal-Konsumatur ħareġ Avviż Pubbliku li bih identifika u għarraf lill-pubbliku dwar ċertu Franz Camilleri. Dan m’onorax id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal- Konsumaturi.
Il-konsumatriċi qabbdet lil Camilleri biex jagħmel xogħlijiet fuq il-gallarija tagħha stil Malti tal-injam, li għalihom kienet ħallset €450, liema xogħlijiet qatt ma saru.
Il-bejjiegħ la qatt bagħat risposta għat-talba tal-konsumatriċi u lanqas qatt ma attenda għas-seduti tat-Tribunal. Fid-dawl ta’ dan, it-Tribunal ordnalu jrodd lura lill-konsumatriċi l-imsemmija €450 kif ukoll iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.