Tħabbret l-espansjoni tal-bini tal-kumpanija rinomata Price WaterhouseCoopers li ser twassal għal spazju miftuħ ta’ 2000 metru kwadru. Kumpanija li bdiet bis-settur tal-awditjar, u llum il-ġurnata iddiversifikat f’numru ta’ servizzi fosthom dawk ta’ assigurazzjoni, legali u taxxa, kif ukoll timpjega total ta’ 650 ruħ.
Din l-espansjoni tal-bini saret f’Ħal Qormi stess liema struttura hija magħrufa bħala l-hub li ser toffri l-opportunita’ lin-negozji sabiex ifasslu l-ideat innovattivi tagħhom kif ukoll joħolqu post għall-ħsieb kreattiv.
Sadanittant, din l-espansjoni fil-bini ser tagħmilha aktar faċli għall-kumpanija sabiex tkompli taddatta għall-eko sistema tal-ekonomija- dan hekk kif iċ-ċentru ser joffri potenzjal lil dawk is-setturi li għandhom x’jaqsmu mal-blockchain, mal-analytics kif ukoll disinn tri dimensjonali. Apparti minn hekk, il-kumpanija għadha kemm investiet f’laboratorji tal-informatika sabiex b’hekk aktar studenti kif ukoll ħaddiema ikunu jistgħu jitħarrġu bl-aħjar mod possibbli.
Tkellimna ma’ David Valenzia li jokkupa kariga għolja fil-kumpanija fejn esprima s-sodisfazzjoni li permezz ta’ din l-espansjoni, Price Waterhouse Coopers ser tkun qed tinvesti kemm fiha nfisha, fil-ħaddiema kif ukoll fil-klijenti tagħha:
It’s an exciting project. It shows PwC commitment to invest in its people and clients and hopefully providing a space like this, will help clients create and innovate because the speed of change is rapid.
Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni u l-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri li ħabbru li qed isiru diskussjonijiet mal-Università ta’ Malta sabiex ikun hawn korsijiet li jħarrġu lill-istudenti fil-qasam tat-teknoloġija tal-blockchain.