Matul il-maratona annwali ta’ ġbir ta’ fondi organizzata propju fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq Puttinu Cares, inġabret is-somma ta’ ftit aktar minn tliet miljun u mitejn elf ewro.
Fuq il-mezzi soċjali, Puttinu Cares rringrazzjaw lil kull persuna li tat donazzjoni, għax dik id-donazzjoni se tkun ir-raġġ ta’ tama għal dawk li verament għandhom bżonn.
Safrattant, matul l-istess maratona, li għaliha attendew uħud mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-Prim Ministru Robert Abela, tħabbar li se jkunu qed jingħataw €50,000 bħala donazzjoni mill-fond tal-kawżi ġusti.