Matul il-jum tal-Erbgħa, il-President Russu, Vladimir Putin se jiltaqa’ mal-President Tork, Recep Tayyip Erdoğan.
Huma mistennija jiltaqgħu fil-kapitali tal-Każakistan, Astana.
Minn minndu faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna, fl-aħħar ta’ Frar li għadda, it-Turkija ta’ Erdoğan qed tagħmilha ta’ medjatur bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Ilbieraħ, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Tork talab li jkun hemm waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ naħat.
Dan wara li t-Tnejn, ir-Russja attakkat il-kapitali Ukrena, Kyiv, flimkien ma’ bliet oħra fl-Ukrajna, hekk kif sparat numru ta’ missili.