Il-President Russu Vladimir Putin ma jeskludix li r-Russja tipparteċipa f’taħtidiet li jwasslu għall-paċi b’rabta mal-gwerra fl-Ukrajna.
Huwa għamel din id-dikjarazzjoni wara laqgħa mal-mexxejja Afrikani li tellgħet f’St Petersburg, fir-Russja. Putin stqarr li inizjattiva mill-Afrika u ċ-Ċina tista’ sservi ta’ bażi li twassal għal paċi.
Dan filwaqt li saħaq kif ma setax iwaqqaf il-ġlied minħabba li l-forzi Ukreni kienu fuq l-offensiv.
Kemm ir-Russja u anki l-Ukrajna għamluha ċara li biex jieħdu sehem f’taħtidiet favur il-paċi iridu jiġu onorati ċerti kundizzjonijiet.
Fost l-oħrajn l-Ukrajna targumenta li l-fruntieri jitreġġgħu lura għal dak li kienu fl-1991, kundizzjoni li Moska ma taqbilx magħha u ma tridx tonora.