Il-President tar-Russja Vladimir Putin irrikonoxxa li l-armata tiegħu possibilment se tkun qed tiġġieled battalja twila fl-Ukrajna, madanakollu, għalissa mhux se jkun hemm it-tieni sejħa għal aktar suldati.
Putin qal dan f’messaġġ televiżiv ilbieraħ, fejn saħaq li l-gwerra fl-Ukrajna jista’ jkollha proċess twil.
Ir-Russja ġiet imġiegħla tirtira f’xi żoni Ukreni li kienet ħatfet, sforz il-kontro-offensivi b’saħtu tal-militar Ukren, li kien possibbli permezz ta’ armi mibgħuta mill-pajjiżi tal-Punent.
Putin żied jgħid li r-riskju ta’ gwerra nukleari qed jikber, iżda r-Russa mhux se tkun qed thedded li tuża dawn l-armi bl-addoċċ.
Intant, f’intervista li ġiet ippubblikata llum, il-Kanċillier Ġermaniż, Olaf Scholz qa li r-riskju li Putin juża l-armi nukleari naqas b’reazzjoni għall-pressjoni internazzjonali.
Ritratt: Sputnik/Mikhail Metzel