Il-President Russu Vladimir Putin qal li huwa inġust li l-atleti Russi se jibqgħu projbiti minn kompetizzjonijiet internazzjonali, fosthom l-Olimpjadi ta’ din is-sena f’Rio.
Il-Federazzjoni tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Atletika ddeċidiet li ma tneħħix is-sospensjoni li kienet imposta wara akkużi li kien hemm użu ta’ sustanzi illeċiti appoġjat mill-istat.
Atleti individwi jistgħu jikkompetu bħala newtrali jekk jagħtu prova li mhumix ħatja.
Il-President Russu appella għaqdiet oħra, fosthom il-Kumitat Internazzjonali Olimpiku, biex jintervjenu.
Il-pajjiż ġie sospiż mill- IAAF f’ Novembru 2015, wara rapport indipendenti tal- Assoċjazzjoni Dinjija Kontra d-Doping li kixef kultura ta’ użu ta’ sustanzi illeċiti li fihom kienu saħansitra involuti s-servizzi sigrieti.
Fid-dawl ta’ dan ir-Russja introduċiet riformi ġodda bħal ttestjar indipendenti u lezzjonijiet kontra l-użu ta’ dawn is-sustanzi ileċiti fl-iskejjel.