Fl-Ukrajna mijiet ta’ ċittadini li kienu maqbuda fil-belt ta’ Mariupol irnexxielhom jaħarbu, iżda l-awtoritajiet qed jgħidu li hemm oħrajn li għadhom maqbuda.
L-Ukreni qalu li huma lesti li jibdew negozjati mar-Russi f’Mariupol sabiex isalvaw il-ħajjiet ta’ dawk maqbuda f’din il-belt imdawra bit-truppi Russi.
Il-President Russu ordna lit-truppi tiegħu sabiex ma jinvadux l-impjant fejn jinħadem il-ħadid u l-azzar u qalilhom sabiex jibqgħu jimblokkawh u lanqas dubbiena ma taħrab.
Il-midja internazzjonali rrappurtat li f’dan il-impjant hemm madwar elf ċittadin li qed jistkennu mill-qilla tal-gwerra.